Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici indirizza konferenza organizzata mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali f’għeluq it-30 anniversarju tal-Konvenzjoni ta’ Valletta, magħrufa wkoll bħala l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Wirt Arkeoloġiku.
Matul id-19-il laqgħa tal-European Heritage Heads Forum, il-Ministru Bonnici saħaq fuq l-importanza ta’ din il-konvenzjoni fil-ħarsien tal-wirt arkeoloġiku u kulturali. Huwa nnota li l-Gvern qed jinvesti b’mod qawwi fil-konservazzjoni u fir-restawr ta’ siti u monumenti, b’aktar minn 40 proġett li saru jew inbdew din is-sena.
Il-Kummissarju Ewropew għall-Kultura Glenn Micallef tenna l-bilanċ bejn il-protezzjoni tal-wirt u t-tkabbir sostenibbli, filwaqt li enfasizza l-importanza tal-inklużjoni u l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-patrimonju kulturali.
Is-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali Kurt Farrugia nnota kif il-Forum joffri spazju ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Ewropej biex jissaħħu l-politiki tal-wirt kulturali.
🎥 Link għall-filmat: https://www.swisstransfer.com/d/d4b635d2-30ff-42b2-8b5e-26137d0b487f
📸 Ritratti: DOI – MHAL