Beda x-xogħol fuq iċ-ċentru ġdid għal persuni bid-dimensja f’Tas-Sliema


Staff Reporter , Published: November 5, 2025, 11:11 am

Beda x-xogħol fuq iċ-ċentru ġdid għal persuni bid-dimensja f’Tas-Sliema

Ix-xogħol fuq binja ġewwa Tas-Sliema, li se tiġi restawrata u adattata biex isservi bħala Ċentru ta’ Matul il-Jum għal persuni bid-dimensja, qed javvanza b’ritmu mgħaġġel.

Din l-inizjattiva qed titwettaq permezz ta’ ftehim bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) u l-Arċidjoċesi ta’ Malta, u hi parti mit-Tieni Strateġija Nazzjonali dwar id-Dimensja li tnieda l-Gvern fl-2024.

Il-faċilità l-ġdida se toffri ambjent sigur u komdu, simili għal dak tad-dar, fejn anzjani bid-dimensja jkunu jistgħu jattendu għal attivitajiet terapewtiċi u strutturati mmexxija minn caregivers u infermiera speċjalizzati. Iċ-ċentru se jilqa’ bejn 15 u 20 persuna kuljum u jkun mgħammar b’infrastruttura li tgħin fil-benesseri, l-indipendenza u l-interazzjoni soċjali.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, flimkien mas-Segretarju Permanenti Renzo De Gabriele u l-Kap Eżekuttiv tal-AACC Steve Agius, żaru l-post biex jaraw il-progress tax-xogħlijiet.

“Dan iċ-ċentru jkompli jwettaq il-viżjoni tagħna li noffru kura b’dinjità lil persuni bid-dimensja, filwaqt li noffru appoġġ u mistrieħ lill-familjari tagħhom,” qal is-Segretarju Parlamentari.

Dan il-proġett jirrifletti l-impenn tal-Gvern li jinvesti f’soluzzjonijiet konkreti għall-isfidi tal-anzjanità, filwaqt li jippreserva u juża b’mod sostenibbli l-wirt urban Malti.

📸 Ritratti: MHA_PS
🎥 Ara l-filmat hawn: [insert video link]