Jibda r-restawr ta’ Villa Guardamangia
Restawr ta’ Villa Guardamangia beda
Il-Gvern nieda l-fażi ta’ restawr u konservazzjoni ta’ Villa Guardamangia, residenza li kienet tintuża mill-Prinċipessa Eliżabetta u l-Prinċep Filippu bejn l-1949 u l-1951.
Il-proġett, stmat għal aktar minn €12 miljun, b’aktar minn €10 miljun ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mistenni jieħu tliet snin. Il-Ministri Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi żaru s-sit flimkien ma’ Heritage Malta, fejn saħqu fuq l-importanza ta’ dan il-proġett għall-preservazzjoni tal-wirt storiku u bħala attrazzjoni kulturali sostenibbli.
Ix-xogħlijiet jinkludu konservazzjoni tal-faċċata, restawr ta’ dekorazzjonijiet interni, kif ukoll preservazzjoni ta’ oġġetti u statwi storiċi. Villa Guardamangia se tinbidel f’esperjenza interattiva li tfakkar fil-ħajja normali tal-koppja rjali f’Malta fis-snin 50.
📹 Ara l-filmat hawn: Link
By commenting you are accepting our Comment Policy.