Government Registered Online News Portal


Prodott taż-żejt tal-palm mhux raffinat jista’ jkun ta’ periklu għas-saħħa

Avviż mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel

Staff Reporter || Published: October 2, 2025, 9:10 am
Prodott taż-żejt tal-palm mhux raffinat jista’ jkun ta’ periklu għas-saħħa Prodott taż-żejt tal-palm mhux raffinat irtirat mis-suq minħabba riskju għas-saħħa

L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel qed tavża lill-pubbliku biex ma jikkunsmax żejt tal-palm mhux raffinat tad-ditta A.F.P. African Food Product, oriġini mill-Ekwador, wara li rriżulta li fih livelli għoljin ta’ Idrokarburi Aromatiċi taż-Żejt Minerali (MOAH).

Dawn il-kimiċi ġejjin minn distillazzjoni u raffinar ta’ pitrolju u jistgħu jidħlu fl-ikel permezz ta’ kontaminazzjoni jew proċess ta’ produzzjoni. Il-preżenza tagħhom tista’ tħalli effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem.

Dettalji tal-prodott:

  • Prodott: Żejt tal-palm mhux raffinat

  • Ditta: A.F.P. African Food Product

  • Oriġini: Ekwador

  • Data tad-durabbilità: 19/11/2026

  • Lot No.: Batch 2372 57

  • Kwantità: 500ml

L-Awtorità qed tirrakkomanda li l-konsumaturi jevitaw dan il-prodott immedjatament.

By commenting you are accepting our Comment Policy.


Don't Miss